Klieb Slavaġ u Għarab

8 11 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Konna qed nikkampjaw f’oażi li sibna. Sħabi kienu reqdin filwaqt li Għarbi twil u b’ilbies abjad għadda minn warajja. Wara li ra li l-iġmla li fuqhom konna qed nivvjaġġaw kienu miżmuma tajjeb, issa kien beda jaħseb biex jirtira huwa wkoll.

Intlaqt wiċċi ‘l fuq fuq il-ħaxix. Xtaqt norqod, imma ma stajtx. Kienu qed jinstemgħu il-ħsejjes tal-klieb fil-bogħod - qomt minn mimdud u sserdaqt għal bilqiegħda. U dak li mingħalija kien qiegħed il-bogħod, kien hemmhekk, maġenbi. Ġejt imdawwar bi grupp klieb slavaġ, għajnejhom ileqqu bħal deheb maħmuġ, iġsma żnelli jiċċaqalqu b’ħeffa u b’mod koordinat, bħallikieku kienu qed jobdu l-frosta ta’ sidhom.

Wieħed minnhom ġie minn warajja u deffes rasu taħt idi bħallikieku xtaq iħoss ftit mis-sħana tiegħi, dar quddiemi, ffissa ħarstu fuq għajnejja u beda jitkellem.

“Jien l-ixjeħ kelb li hawn f’dawn l-inħawi. Ninsab kuntent li nista’ intik il-merħba personali tiegħi. Kont bdejt naqta’ qalbi li għad xi darba niltaqa’ miegħek għax ilna nistennewk għal numru sostanzjali ta’ żmien. Emminni meta ngħidlek li ommi stenniet, omm ommha wkoll, saħansitra omm omm ommha u l-ommijiet kollha tal-ġenerazzjonijiet imgħoddija sal-omm ta’ dawn il-klieb kollha!”

“Qed tissorprendini”, għidtlu. Indunajt li nsejt nixgħel il-munzell injam li kien hemm biex bid-duħħan li jipproduċi jgerrex lil dawn il-bhejjem, “sorpriż ħafna b’dal-kliem. Jien ġejt min-naħiet ta’ fuq b’kumbinazzjoni waqt mawra qasira li kont qed nagħmel. Xi trid il-kotra tagħkom?”

Din l-imġieba tiegħi amikevoli tiegħi bħal serħitilhom moħħhom u resqu aktar lejja fost ħafna infiħ ta’ nifsijiet u kxif tas-snien.

“Nafu,” beda x-xwejjaħ, “li ġej min-naħa ta’ fuq. Int kont dak li kebbsilna t-tama. Fit-tramuntana l-affarijiet huma differenti minn kif inhuma hawnhekk fost l-Għarab. Dawn l-Għarab neqsin mis-sens komun ħabba l-arroganza bla tmiem li għandhom. Joqtlu l-annimali biex jiekluwhom u jitilqu l-iġsma bla ħajja kif ġie ġie.”

“Tantx tgħajjat,” tennejtlu. “Hawn xi Għarab reqdin fil-viċin.”

“Tidher li ma tafhomx l-affarijiet t’hawnhekk,” qalli l-kelb salvaġġ. “Kieku kont tkun taf li qatt fl-istorja tagħna ma kien hemm kelb li beża’ minn Għarbi. U wara kollox, għalfejn għandna nibżgħu minnhom? Mhux diġà sfortuna li spiċċajna ngħammru magħhom?”

“Jista’ ikun,” għidtlu. “Ma nistax nitkellem fuq affarijiet li naf daqshekk ftit fuqhom. Jidher li dan il-konflitt ilu ħafna għaddej - sar parti minnkom u probabbli jmut magħkom.”

“Fhimtni mill-ewwel” qalli l-kelb xwejjaħ, u bdew jieħdu nifsijiet aktar mgħaġġlin, bil-pulmuni telgħin u neżlin avolja ma kienu qed jagħmlu ebda moviment. Minn ħalqhom kienet ħierġa riħa qarsa - f’mument minnhom kelli nheżżeż snieni u ninjoraha. “Dak li għidt huwa minnu u jaqbel mal-kodiċi tagħna. Nissieltu għat-tixrid tad-demm biex finalment it-taqbida tintemm u aħna noħorġu rebbieħa.”

“Imma huma kapaċi jiddefendu lilhom infushom” għidt jien. “Jisparawlkom u joqtlukom wieħed wieħed.”

“Ma fhimtx” qalli, “karatteristika li baqgħet ma nbidlitx, lanqas fin-naħiet ta’ fuq. Se nkunu aħna li se noqtluwhom. Ix-xmara Nil mhux se jkollha biżżejjed ilma biex taħslilna d-dmija tal-Għarab li se jkollna mċappsin magħna. Il-preżenza tagħhom biss timbuttana biex nitbiegħdu u mmorru nfittxu arja aktar nadifa, fid-deżert, infatti dik hi waħda mir-raġunijiet għala d-deżert huwa artna.”

Il-klieb slavaġ intefgħu kollha madwarna - u sadanittant n-numru tagħhom kompla aktar jiżdied - niżżlu rashom bejn saqajhom ta’ quddiem biex jimsħuwhom b’saqajhom stess. Qishom riedu jaħbu sens ta’ antipatija li kien tant terribli, li jien kont nippreferi naħrab barra miċ-cirklu tagħhom.

“Allura x’beħsiebkom tagħmlu?” staqsejt. Xtaqt inqum bil-wieqfa, imma ma stajtx. Żewġ bhejjem kienu qed iżommuni ‘l isfel minn warajja igerrmu u jqattgħuli l-ġakketta u l-qmis. Kelli nibqa’ fejn kont. “Qegħdin iżommuk f’postok” qalli l-kelb x-xiħ b’ċertu ton ta serjetà, “sinjal ta’ rispett”. “Messhom iħalluni,” għajjat jien, filwaqt li bdejt indawwar rasi mix-xiħ għalihom u viċe versa. “U żgur li jħalluk”, qalli, “jekk huwa dak li inti trid. Pero dan se jieħu ftit tal-ħin għaliex hija abitudni tagħna li meta snienna jidħlu jtaqqbu fil-fond, ħalqhom iridu jiftħuh b’ċerta delikatezza biex int tinħeles. Sadanittant, isma’ waħda t-talba tagħna.” “Imġiebtek mhux qed timmotivani biżżejjed biex nismagħha,” għidt jien. “Tikkastiganiex tal-guffaġni tagħna,” qalli. Għall-ewwel darba biddel it-ton tal-vuċi tiegħu f’wieħed melankoliku biex jipprepara lil dak li jkun għal dak li jkun se jtenni. “Aħna m’aħniex annimali għonja - kull m’għandna huma snienna. Għal kull ħaġa li rridu nagħmlu, tajba jew ħażina, hemm snienna.” “Allura xi trid?” staqsejt jien, b’moħħi ħarira aktar mistrieħ.

“Sinjur,” għajjat ix-xiħ, u l-bqija tal-klieb bdew għanja kontinwa ta’ krib bħallikieku melodija. “Sinjur, int se tkun dak li jtemm din it-taqbida li taqsam id-dinja fi tnejn. Int taqa’ fid-deskrizzjoni li l-antenati tagħna kienu jagħtu meta kienu jitkellmu dwar il-magħżul li se jtemm il-ġlieda. Irridu nkun ħielsa mill-Għarab - b’arja friska, bl-ebda Għarbi ma jtellfilna il-vista tal-orizzont fil-bogħod, b’ebda karba ta’ xi nagħġa li tkun għadha kif ġiet imġiżża mis-sikkina tal-Għarbi, u kull annimal għandu jtemm ħajtu fil-paċi u jitħalla waħdu biex aħna nkunu nistgħu nnaddfu il-bqija ta’ laħmu madwar għadmu. Indafa - dak li rridu - xejn aktar minn indafa.” il-klieb slavaġ infexxew fi xmara ta’ dmugħ u ilfiq. “Kif jista’ jkollok il-paċenzja biex tgħix ma’ ġens bħal dak? Il-ħmieġ huwa l-kristall tagħhhom, il-ħmieġ jikber fuqhom, b’leħja kerha, iberrqu mil-ġnub t’għajnejhom jiddisgustawk; u jekk ifettlilhom jgħollu jdejjhom, joħroġ infern ta’ rwejjaħ. U għalhekk, sinjur, għalhekk li bl-għajnuna ta’ jdejk għandek tuża dan l-imqass biex tħanxrilhom għonqhom”. Ċaqlaq rasu u kelb ieħor deher ġej b’imqass imsaddad imdendel ma’ snienu.

“Dak l-imqass - wasal il-ħin biex tieqfu!” għajjat il-kap tal-Għarab, li ġie ħdejna minn warajna inkiss inkiss. Xejjer tnejn fl-arja il-frosta enormi li kellu.

Il-klieb tnaffru, pero baqgħu fil-viċinanzi fi gruppi, tant li kienu qishom gozz bhejjem b’ħafna fanali żgħar iduru magħhom.

“Mel’issa int ukoll, sinjur, esperjenzajt dal-ispettaklu li dawn il-bhejjem jogħġobhom jagħtu,” qal l-Għarbi, filwaqt li daħak daħka riservata. “Taf l-annimal xi jridu,” staqsejt jien. “U żgur, sinjur” qalli. “Xi ħaġa li jaf kulħadd dik - sakemm ikun għad hawn l-Għarab dak l-imqass se jibqa’ idur magħna sal-aħħar taż-żminijiet. Kull Ewropew li jiġi jaħsbuh il-magħżul, kull Ewropew huwa kkwalifikat biex jagħmel dil-biċċa xogħol. Jittamaw fil-vojt. Idjoti, dak li huma. Għalhekk aħna kburin bihom. Dawn huma l-klieb tagħna, aħjar minn dawk li għandkom intom. Ara waħda din. Dal-lejl miet ġemel, ħa nġibu daqsxejn ‘l hawn ħa tara x’ħa jiġri.”

Erbgħa ġluf ġabu magħhom il-ġisem mejjet tal-ġemel u tefawh quddiemna. Bilkemm kien għadu intelaq mal-art li l-klieb slavaġ ma bdewx jgħajjtu. Kollha resqu ‘l quddiem, b’għajnejhom ċassi fuq il-ġisem bla ħajja. Dlonk insewhom lill-Għarab u l-mibegħda kollha li għandhom lejhom. Il-preżenza ta’ ġisem bla ħajja għamihom u bħal kważi ipnotizzahom. Wieħed minnhom kien diġà ħataf arterja fil-gerżuma tal-karkass. Imbagħad, b’ċerta apatija, b’ċerta nuqqas ta’ tama, ipprova jġebbed il-ġisem bla ħajja aktar lejn in-naħa ta’ fejn kienu il-bqija tal-klieb. Ma damux ma qabżu fuq xulxin, kollha kemm huma jippruvaw jieħdu l-aħjar biċċa.

Kien il-kap tal-Għarab li imbagħad faqqa’ tnejn il-frosta li kellu fl-arja. Għollew rashom, nofshom entużjażmati bl-ikel, ħarsu lejn l-Għarbi ta’ quddiemhom, ħassu l-frosta tmiss magħhom, toqros, qomsu u żammew id-distanza tagħhom. Imma ġisem il-ġemel kien hemm, b’għadajjar ta’ demm ma kull naħa, imċarrat f’mitt elf biċċa, jinten. Il-klieb ma setgħux jirreżistuh. Reġgħu resqu lejh. L-Għarbi reġa’ tħajjar jgħolli l-frosta. Did-darba żammejtlu idu. “Għandek raġun, sinjur,” qalli. “Inħalluwhom fil-kwiet. Wara kollox sar il-ħin biex inżarmaw il-kamp. Bhejjem sbieħ hux? Imma jobgħoduna wisq!”

———–

Din kienet traduzzjoni tiegħi ta’ Jackals and Arabs ta’ Franz Kafka. Kont qrajtha snin ilu, madwar nofs is-snin disgħin, wara li l-klabb tal-futbol tar-raħal fejn noqgħod jien kienu xtraw plejer Libjan. Kulħadd skanta bih u kulħadd kien jiddieħek b’ismu, qatt ma konna rajna bċejjeċ bħal dawn dak iż-żmien.

Issa l-istorja differenti, kompletament differenti.



L-età ta’ l-innoċenza

30 10 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Fuq hekk jitratta l-aħħar update fis-sit tiegħi (monochrome >> 05). Ma kinitx xi ħaġa faċli tiffotografa tfal ta’ dik l-età - ma tistax timponilhom jew iġġagħalhom jaddottaw ċerta poża, trid tittrasforma ruħek f’Ġob ta’ paċenzja, trid tkun lest biex taqbad il-mument opportun.

Iddeċiedejt ukoll li ntijhom ton ta’ sepia minħabba l-fatt li jidhirli li jtihom ċerta feel. Kien hemm anke l-possibilità għal black and white, imma naħseb li dak huwa wisq ‘adult’.



focus-on-imaging

24 10 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 4 out of 5)
Loading ... Loading ...


Erm? But it’s a nice picture ain’t it?

Anyway, this used to be the poster for Europe’s biggest annual imaging show, between 27 February and 2 March 2006. See for yourself.



Il-Kaxxa tal-Ħsibijiet

22 10 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Kulħadd ikollu bħalha, imma mhux kulħadd jammetti. Ilbieraħ erġajt ftaħtha u sibt mija u wiehed oġġetti li qanqluli memorji mill-passat. Affarijiet li għamluni dak li jien illum, u forsi dak li għad ikun aktar ‘il quddiem. Fost dawn l-affarijiet kien hemm dawn:

  • University of Malta Graduation Album 2003;
  • the Photo Book;
  • “today you’re 3!”;
  • biċċa karta żgħira minn dawk li ssib fil-Baci, ftit mgerrma mill-ġenb u li tgħid hekk: “Quei giuramenti, quei profumi, quei baci infiniti, rinasceranno.”
  • pataflun ta’ cards;
  • polaroid (imma mhux daqshekk espliċitu);
  • kaxxa żgħira bajda, mhux akbar minn id ta’ raġel. X’ħin inħarrikha jinstema’ ħoss ta xi ħaġa tħaxwex. Mhux ħa nazzarda niftaħha;
  • e-mails ipprintjati li xi darba kienu daħlu fuq id-deċedut account li kelli mal-yahoo;
  • mitt storja qasira ta’ Franz Kafka (dak iż-żmien kien jinteressani bil-kbir);
  • postcard ta’ The Doors;
  • “I came, I saw, I kissed”;
  • Mug mat tac-Cisk;
  • irċevuti tal-VAT;
  • katalgu tal-GSUS, collection Spring 2006, b’ritratti pessmi.


Gilad

19 10 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Gilad huwa ħabib tiegħi Iżraelit. L-arti li jipproduċi hija ta’ ispirazzjoni kontinwa u friska għalija. Jirnexxielu jamalgama l-litteratura u l-fotografija b’passjoni liema bħalha. Inniżżillu l-kappell u jekk hemm bzonn ninkina wkoll.

Dan hu l-aħħar xogħol tiegħu “Living between the lines”:

Line one - accept the rules of the world, or at least accept that there are rules;
Line two - accept who you are, but more importantly who you are not ;
Line three - choose your music, your food, and your friends. Never choose who to love;
Line four - accept the fact you may want to change your mind, or not;
Line five - be happy with the ones that love you, and accept the fact that others may not ;
Line six - cherish your moments of satisfaction, they may be your best;
Line seven - live your life only for yourself. Others have their own lives to live for;
Line eight - surprise yourself with something new. A day with no surprises is a day you lost;
Line nine - death will come. Accept it and just enjoy your time living;
Line ten - make up your own space between the lines. It is all up to you.



Spaghetti Western

16 10 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Il Buono: “You see, in this world there’s two kinds of people, my friend: Those with loaded guns and those who dig. You dig.”

Il Brutto: “You never had a rope around your neck. Well, I’m going to tell you something. When that rope starts to pull tight, you can feel the Devil bite your ass.”

Il Cattivo: “Oh I almost forgot. He payed me a thousand. I think his idea was that I kill you… but you know the pity is when I’m paid, I always follow my job through. You know that.”



cold turkey

9 10 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
Happy birthday, John.
/66/
———————————————-


1994 (wara 1979)

4 10 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Shakedown 1979,
cool kids never have the time
On a live wire right up off the street
You and I should meet

U dak iż-żmien konna inqattgħu ġranet u ljieli niġġerrew fit-triqat. Ommijietna lanqas kienu jidhru li jinkwetaw wisq, l-aqwa li konna nibqgħu r-raħal. Stajna xrobna bramel ta’ inbid u ħadna mitt elf droga, l-aqwa li ma ħriġniex mill-periferijja. Kienet tkun l-hena tagħna nittantaw lix-xemx għaddejja, ngħajjtu, inħabbtu l-bibien, naqbżu fuq il-bandla u nippruvaw niddeċifraw l-intriċċi ta’ l-att sesswali.

Junebug skipping like a stone
With the headlights pointed at the dawn
We were sure we’d never see an end to it all

Is-sjuf kienu milqugħa bħal tazza ilma friska fis-Sahara. Bi nhar miksijin bl-għaraq u bir-riħa ta’ gomma tat-tyre tar-rota iddur magħna bħalma tagħmel dubbiena fuq ħmar magħkus, bil-lejl imdawwrin bin-nemus u l-wirdien. Ġieli qattajna nofs ta’ nhar nilagħbu logħba boċċi fil-klabb, dik kienet tkun logħba eterna għax kważi ħadd ma kien jirnexxielu jqarreb il-ħoxna jew il-boċċa lejn il-likk.

And I don’t even care to shake these zipper blues
And we don’t know
Just where our bones will rest
To dust I guess
Forgotten and absorbed into the earth below

Double cross the vacant and the bored
They’re not sure just what we have in the store
Morphine city slippin dues down to see


Il-ħmieġ kien sinonimu magħna, aktar ma jkollna ħmieġ aktar aħjar għax b’hekk it-tilja ħmieġ ta’ wara ma tkunx ovvja daqskemm kienet ta’ qabilha. Il-jeans kellu xi ħaġa li jżomm il-ħmieġ imwaħħal miegħu, anke wara li tipprova tnaddfu. Konna naħsbu li għad baqalna mitt sena ħajja, li għad ikollna ħafna nisa, ħafna karozzi u li xi ħadd minna (qatt ma qbilna fuq min) għad ikun il-ħakkiem tar-raħal bil-bqija konsulenti miegħu. Il-paga kienet se tkun bagalja liri fil-ġimgħa.

We feel the pull in the land of a thousand guilts
And poured cement, lamented and assured
To the lights and towns below

Faster than the speed of sound
Faster than we thought we’d go, beneath the sound of hope
Justine never knew the rules,
Hung down with the freaks and the ghouls
No apologies ever need be made, I know you better than you fake it

Darba żorna għalqa mimlija silla, xewk, ħaxixa ingliża u tfief. Sibna kamra, nofsha mwaqqa’ imma li setgħet titranġa. Daħħalniha f’rasna li din kellha tkun il-kwartieri ġenerali fejn se inqattgħu parti sostanzjali minn ħajjitna. Mhux kulħadd seta’ jaċċessaha, dawk l-ipprivileġġati biss, l-elite! Konna saħansitra xtrajna żewġ xkejjer siment u armajna l-injam biex insaqqfuwha għax kien ċeda. Żamm għal jumejn, għamlet ix-xita u reġa ġie kollox gorboġ. Qatt m’għamilna dik ir-regola klassika: “Vjetat għan-nisa”. L-ewwelnett ma kienx hemm għalfejn għax il-bniet kienu mehdijin jgħoddu kemm kellu xagħar Jason Priestley u t-tieni għax ma konna niddejjqu xejn nilagħbuwha tal-esploraturi.

Iġġilidna waħda sew, apoloġija ma waslitx u magħha la reġgħu ġew il-kamra, la r-riħa ta’ tyres u lanqas il-wirdien u n-nemus.



This Et Al

2 10 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Updejt ieħor fil-website tiegħi wara avveniment ieħor organizzat minn alternativemalta (people >> 12). Grupp ħomor u suwed mill-Ingilterra - This Et Al. Personalment mhux li laqtuni wisq u dan kien eżempju ieħor ċar għalija li dak li ġej minn barra (speċjalment mill-Ingilterra) mhux neċessarjament aħjar mill-prodott Malti.



Chiuso per lutto

30 09 2006
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Sveglia il caffè
Barba e bidè
Presto che perdo il tram

Se il cartellino
Non timbrerò…

FANTOZZI!

Ġejna fi kliemu…