29
04
2007

Loading ...
Dear kebo,
You are receiving this email because unfortunately we are unable to process your credit card at this time. A common reason for this includes that you may be surfing from a country that is blocked from sign-ups due to frequent fraud attempts or that the charge was declined by your bank.
We are very sorry for the inconvenience.
Sincerely,
The Team
Comments : No Comments »
Categories : Tech
26
04
2007

Loading ...
This is probably how I’d look…

Comments : 1 Comment »
Categories : Lifestyle
19
04
2007

Loading ...
Tiskanta biċċa stampa x’sens ta’ nostalġija tista’ tqanqallek. Għal min hu mdorri b’reżoluzzjoni reali (u ġieli anke surreali) u forsi ma jagħrafx x’suppost hemm f’dik il-geġwiġija ta’ pixels hemm taħt, dak huwa aljen maħluq b’teknoloġija tal-1996 fuq il-loki jneħħi l-eskrementi minn ġismu. Screenshot klassika minn Duke Nukem 3D li fuqha kont naħli s-sigħat lejn l-aħħar snin tal-iskola sekondarja. Bilkemm Doom u Quake kellhom l-effett li kellha din fuqi. Min jaf kemm-il darba rripetejna frażijiet klassiċi li kien jgħid Duke Nukem wara li jbiċċer xi aljen forma ta’ ħanżir kbir bħal:
“You, my ass; what’s the difference?”
“I feel like drinkin’ a gallon o’ turpentine, and pissin’ on a brush fire…”
“What are you waiting for? Christmas?”
“No one steals our chicks …and lives!”
“Your ass is grass, and I’ve got the weedwacker.”
“Shake it baby!”

Comments : No Comments »
Categories : Tech
15
04
2007

Loading ...
Mhix xi ħaġa ta’ serħan il-moħħ li wara li tkun għamilt madwar 24 siegħa fil-belt eterna it-titli prinċipali tat-tabloids ingliżi jkunu xi ħaġa bħal: “The Eternal City becomes the Infernal City!”. Verament spirtu sportiv!
L-għada skoprejt li kien reġa’ ġara xi ħaġa simili meta ntlagħbet il-logħba tat-Tottenham f’Seville, Spanja. Peresli l-ingliżi neqsin daqsxejn mil-kunċett ta’ awto-kritika caħdu kull tip ta’ akkuża li nġiebet kontrihom dwar l-aggressività li wrew waqt il-partiti.
Fost dan l-għagħa żejjed li qatt ma jieqaf jingħata lil logħba tal-ballun jien kont qiegħed hemm, nissellef ftit stampi.

Comments : 1 Comment »
Categories : Travel
12
04
2007

Loading ...
Kont ilni nistennieh ħafna, ħafna u ħafna. Xtaqt nerħi xi forma ta’ protesta, jew tgergira imma ma stajtx. Il-missirijiet ta’ ma nafx min dejjem tennew biex ma ndardrux l-għajn li se nixorbu minnha u din kont saħansitra se nogħdos fiha. Ħassejtni pensjonant inħuf, indur u napprezza l-ħamiem li kultant tiġini t-tentazzjoni naħseb li dawn xi darba kienu bnedmin ħżiena u issa bħala kastig saru ħamiem bil-ġuħ jittallbu għal farka ta’ bezzun.
Moħħi pero ma kien komdu xejn. L-inċertezza u d-dubju kieluni, apparti tsunami ta’ mistoqsijiet. L-ironija tal-ħajja nebbiexa wisq, tiżfen u togħla bla sabar.
Erġajt ittantajt nerġa’ nħabbatlu fuq il-bieb kbir misterjuż, bħalma kien jagħmel kull mortali li kien jipprova jidħol fil-kastell tal-Konti Duckula b’irkupptejh iċekċku. Did-darba irnexxieli nisma’ l-eku tat-taħbita u deher li kien hemm xi xaqq ta’ risposta wara ħames sigħat ta’ stennija mikula mill-għażż ta’ ġurnata xemxija xitwija. Xiref mit-tieqa u rajt bniedem kbir u xwejjaħ… fl-aħħar stajt nidħol.
Tlajt taraġ iebes biċ-ċangaturi kbar u wesgħin. Bdejt qisni naqta’ nifsi nitilgħu imma ma stajtx nieqaf hemm, mhux issa! Wasalt sa fuq nett u ħabbatt bil-bogħod. L-alabaniż xiref mil-bieb, akbar minn qatt qabel b’żewġ ċineg suwed faħma jżommulu l-qalziet milli jaqagħlu.
“Fiex nista’ naqdik?” qalli b’leħen kemm kemm maħnuq.
“Ħsibtek kont qed tistennieni. Ma qalulekx bija?” staqsejtu jien kemmxejn imdarras.
“Ma jidhirlix… oqgħod bil-qiegħda daqsxejn hawnhekk ħa ninvestiga” u għamilli sinjal b’idejh biex inpoġġi fuq siġġu. Intefa’ fuq is-siġġu u qabad ipejjep sigarett mingħajr m’għaddielu minn moħħu li jien setgħu idejquni s-sigaretti. Id-duħħan tagħhom ma inzertax wieħed antipatku u ma tajtx każ, f’moħħi kelli affarijiet oħra jdamdmu bħal xi ħadd jinkini u jgħajjat mil-bogħod: “Mit-taġen għal ġon-nar!”
——–
Sadanittant laħaq għadda ħafna żmien. In-nar ilħaqtu u ntfajt ġo fih imma oħroġ il-għaġeb mhux qed inħossu jħolli ġildi. Jew forsi għadni ma rabbejtx sistema nervuża sensittiva biżżejjed li tkun taf l-ammont ta’ uġiegħ li dan in-nar jaf jikkawża. F’dak il-każ nitlob li nibqa’ kif jien, illupjat, imqar sa ħamsa u għoxrin qamar ġdid ieħor.
Comments : No Comments »
Categories : On writing