12
03
2007

Loading ...
Is-sibt li għadda attendejt l-ewwel minn sensiela twila ta’ kunċerti li għad iridu jsiru tul din is-sena. Smajt grupp ġdid li mal-ewwel daqqa ta’ widna jidher li għandu naqa ħsejjes mhux ħażin x’joffrilna - ix-Shilloo’s Tree.
Ta’ min insemmi wkoll li n-nies tan-Naasha kienu rispettużi biżżejjed li niżżlu ismi meta bdew juru diversi stampi tal-Areola Treat li kont ħadtilhom dakinhar li kienu daqqew Poxx Bar, ftit qabel il-grupp brittanniku This Et Al. Ta’ dan nixtieq nirringrazzjahom u nurihom l-apprezzament infinit tiegħi.

Comments : 4 Comments »
Categories : Music
6
03
2007

Loading ...
Ma nafx jekk kinitx l-eklissi lunari riċenti, imma żjara ta’ fuq fuq ma’ xi kwotazzjoni li jħobbu jitfgħu n-nies fuq l-MSN tagħhom iqanqluk ferm u jħaffulek is-sensi. L-aħħar li smajt kienet waħda li ħallietni b’għajnejn imberrqa lejn l-iskrin għal aktar minn għaxar sekondi, niċċassa u nipperswadi ruħi li fuq din il-pjaneta dinja għad hawn min joħroġ b’dal-frażijiet.
Għollu s-siparju u intefgħu komdi:
“I am thankful for the alarm that goes off early in the morning because it means that I am alive”
Jekk il-ħoss antipatku seba’ mija tal-alarm huwa l-indikatur prinċipali li jien ħaj mel’allura aħjar ma nkun ħaj xejn.
Comments : 5 Comments »
Categories : Lifestyle
1
03
2007

Loading ...
Xi riflessjonijiet:
- meta l-flus isirulek tal-plastik;
- meta tibda tidra l-ġlekk u ingravata ssikkata;
- meta tinsa tibgħat messaġġ lil sħabek ħabba x-xogħol;
- meta tinsa tiekol;
- meta tkun qiegħed fil-periklu tal-mewt minħabba l-ikel (!);
- meta jippreferu jsejħulek konsumatur flok ċittadin;
- meta tistħi tagħti 25ċ biss lill-park attendant;
- meta li jkollok ambjent naturali ħadrani u sostenibbli huwa lussu;
- meta laptop, mobile, jew kull ħaġa oħra mobbli tissostitwixxi l-ħabib/a immaġinarju/a tiegħek;
- meta kull terminu fid-dizzjunarju jieħu l-”e-” bħala żewġ karattri miżjuda qabel il-kelma.
Comments : No Comments »
Categories : On writing